Skont il-leġġenda Abdul kien furban Tork li kien spiss jersaq lejn Għawdex bil-galjotta tiegħu biex jara x'jista' jisraq u jġorr lejn pajjiżu. F'waħda mill-mawriet tiegħu huwa tfixkel fid-dlam u waqa' ġo ħondoq li ma setax joħroġ minnu. Sħabu damu jistennewh u fl-aħħar telqu lura mingħajru. Erba' bdiewa minn San Lawrenz isibuh u riedu jpattulu għal dak kollu li kienu ilhom isofru l-Għawdxin mit-Torok tul is-snin. Jaqtgħuha li jħalluh fil-ħondoq sa ma jmut bil-ġuħ u bil-għatx. Huwa jqatta' ġranet sħaħ iħaffer b'idejh biex isib l-ilma u meta jirnexxilu tant jixrob ilma li jifqa' l-istonku tiegħu u jmut. L-ilma jibqa' jnixxi sal-lum u l-ħondoq sar jismu l-Għajn Abdul.
Piracy-free
Assured Quality
Secure Transactions
Delivery Options
Please enter pincode to check delivery time.
*COD & Shipping Charges may apply on certain items.